16.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 14/41
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2016 – ArcelorMittal Belval & Differdange u ThyssenKrupp Steel Europe v ECHA
(Kawża T-762/16)
(2017/C 014/50)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ArcelorMittal Belval & Differdange SA (Esch-sur-Alzette, il-Lussemburgu) u ThyssenKrupp Steel Europe AG (Duisburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Scheidmann u M. Kottmann, avukati)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċ (ECHA)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-ECHA tas-26 ta’ Settembru 2016 (referenza ATD/52/2016);
—
alternattivament, tannulla d-deċiżjoni tal-ECHA tad-19 ta’ Awwissu 2016 (referenza ATD/52/2016) sa fejn din tiċħad it-talba tar-rikorrenti tal-access għall-fajl tagħhom;
—
tikkundanna lill-ECHA għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001
—
Ir-rikorrenti jsostnu li d-deċiżjoni kkontestata tapplika b’mod żbaljat l-imsemmija dispożizzjoni peress li b’mod żbaljat ġie kkonstatat li permezz ta’ żvelar jiddgħajjfu interessi kummerċjali u huma jsostnu wkoll li d-deċiżjoni tinjora interess pubbliku superjuri.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tat-tieni inċiż tal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea
—
Ir-rikorrenti jsostnu li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-imsemmija dispożizzjoni u li, kuntrarjament għal din id-deċiżjoni, id-dokumenti li għalihom l-aċċess huwa mitlub fil-fatt jappartjenu għall-fajl tar-rikorrenti u għalhekk ma humiex esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija dispożizzjoni.
Full & Egal Universal Law Academy