9.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/47
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Novembru 2016 – Grupo Ganaderos de Fuerteventura vs EUIPO (EL TOFIO El sabor de CANARIAS)
(Kawża T-765/16)
(2017/C 006/59)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Grupo Ganaderos de Fuerteventura, SL (Puerto del Rosario, Spanja) (rappreżentant: E. Manresa Medina, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “EL TOFIO El sabor de CANARIAS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 308 259
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Lulju 2016 fil-Każ R 1404/2015-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) u (j) tar-Regolament Nru 207/2009.