19.12.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 475/24
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2016 – Nanogate vs EUIPO (metals)
(Kawża T-767/16)
(2016/C 475/35)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Nanogate AG (Quierschied, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Theis, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-element verbali “metals” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 259 981
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Awwissu 2016 fil-Każ R 2361/2015-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.