9.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/50
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Novembru 2016 – Korwin-Mikke vs Il-Parlament
(Kawża T-770/16)
(2017/C 006/62)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Janusz Korwin-Mikke (Jozefow, il-Polonja) (rappreżentant: M. Cherchi, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
—
tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;
konsegwentement,
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew tal-1 ta’ Awwissu 2016;
—
tannulla d-deċiżjoni preċedenti tal-President tal-Parlament tal-5 ta’ Lulju 2016 li timponi l-istess sanzjonijiet;
—
tordna l-kumpens għad-dannu finanzjarju u morali kkawżat mid-deċiżjonijiet ikkontestati, alternattivament tagħti lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 13 306;
—
fi kwalunkwe każ, il-kundanna tal-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 166 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew, il-ksur tal-libertà tal-kelma u tal-espressjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea, biċ-ċirkustanza partikolari li d-dikjarazzjonijiet koperti mill- deċiżjoni saru minn Membru tal-Parlament Ewropew matul it-twettiq tad-dmirijiet tiegħu u fi ħdan il-konfini tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll tal-ksur tal-prinċipju ta’ motivazzjoni tal-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ motivazzjoni l-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, u/jew tal-ksur tal-prinċipju ġenerali ta’ imparzjalità.
3.
It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, tad-drittijiet tad-difiża, tal-ewwel pargrafu tal-Artikolu 166 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew.
4.
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ motivazzjoni tal-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u tal-ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ne bis in idem.