16.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 14/45
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ottubru 2016 – Toontrack Music vs EUIPO (EZMIX)
(Kawża T-771/16)
(2017/C 014/53)
Lingwa tal-kawża: l-Iżvediż
Partijiet
Rikorrenti: Toontrack Music (Umeå, l-Iżvezja) (rappreżentant: L. E. Ström, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea “EZMIX” – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 13 945 423
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ April 2016 fil-Każ R 2436/2015-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata skont l-Artikoli 7(1)(b), 7(1)(c), 7(2), 43 u 65 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frer 2009 dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea; u
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tar-rikorrenti kif ukoll għall-ispejjeż tagħha.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikoli 7(1)(b), 7(1)(c), 7(2) u 43 tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy