19.12.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 475/24
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2016 – Dochirnie pidpryiemstvo “Kondyterska korporatsiia “Roshen” vs EUIPO – “Krasnyj Octyabr” (Rappreżentazzjoni ta’ gamblu)
(Kawża T-775/16)
(2016/C 475/36)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Dochirnie pidpryiemstvo “Kondyterska korporatsiia “Roshen” (Kiev, l-Ukrajna) (rappreżentata minn: R. Žabolienė u I. Lukauskienė, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Joint-Stock Company “Krasnyj Octyabr” (Moska, ir-Russja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 191 921 li tindika l-Unjoni Ewropea
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11/08/2016 fil-Każ R 2419/2015-1
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.