16.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 14/45
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Novembru 2016 – Isocell vs EUIPO – iCell (iCell.)
(Kawża T-776/16)
(2017/C 014/54)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Isocell GmbH (Neumarkt am Wallersee, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Thiele, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: iCell AB (Älvdalen, l-Isvezja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “iCell.” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 877 676
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Settembru 2016 fil-Każ R 2496/2015-1
Talbiet
—
temenda d-deċiżjoni kkontestata billi tilqa’ l-oppożizzjoni b’mod sħiħ u tiċħad l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 12877676;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy