16.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 14/46
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2016 – Rühland vs EUIPO – 8 seasons design (Leuchten)
(Kawża T-779/16)
(2017/C 014/56)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Lothar Rühland (Wendeburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. P. Schrammek, C. Drzymalla, S. Risthaus u J. Engberding, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: 8 seasons design GmbH (Eschweiler, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrent
Disinn kontenzjuż ikkonċernat: disinn Komunitarju “Leuchten” Nru 1 402 341-0006
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Lulju 2016 fil-Każ R 878/2015-3
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tad-disinn Komunitarju Nru 001042341-0006;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 25(1)(b) u tal-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 6/2002.
Full & Egal Universal Law Academy