9.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/51
Rikors ippreżentat fit-8 ta Novembru 2016 – Mediaexpert vs EUIPO – Mediaexpert (mediaexpert)
(Kawża T-780/16)
(2017/C 006/64)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Mediaexpert sp. z o.o. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: J. Aftyka, (avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mediaexpert S.A. (Varsavja, il-Polonja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea bil-kuluri iswed, isfar u abjad li tinkludi l-element verbali “mediaexpert” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 11 674 132
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-11 ta’ Awwissu 2016, fil-Każ R 2583/2015-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tad-29 ta’ Ottubru 2015 fil-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità N 000009371 C;
—
tibgħat il-każ lura lill-EUIPO sabiex jemenda d-deċiżjoni fuq il-mertu tal-każ u jinvalida t-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 011674132 fir-rigward is-servizzi kollha koperti;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni, il-Bord tal-Appell u l-Qorti Ġenerali.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 53(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament Nru 207/2009.