9.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/53
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2016 – BSH Electrodomesticos España vs EUIPO – DKSH International (Ufesa)
(Kawża T-785/16)
(2017/C 006/66)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: BSH Electrodomesticos España, SA (Huarte-Pamplona, Spanja) (rappreżentant: M. de Justo Bailey, lawyer)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: DKSH International Ltd. (Zurich, l-Iżvizzera)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “Ufesa” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 857 29
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Lulju 2016 fil-Każ R 1691/2015-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervjenent għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament Nru 207/2009.