16.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 14/50
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2016 – InvoiceAuction B2B vs EUIPO (INVOICE AUCTION)
(Kawża T-789/16)
(2017/C 014/60)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: InvoiceAuction B2B (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Jonas, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “INVOICE AUCTION” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 821 095
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Awwissu 2016 fil-Każ R 2201/2015-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy