23.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 22/41
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2016 – N & C Franchise vs EUIPO – Eschenbach Optik (ojo sunglasses)
(Kawża T-792/16)
(2017/C 022/56)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: N & C Franchise Ltd (Nikosija, Ċipru) (rappreżentati minn: C. Chrysanthis, P.-V. Chardalia u A. Vasilogamvrou, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Eschenbach Optik GmbH (Nuremberg, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “ojo sunglasses” – Trade mark tal-Unjoni Nru 13 224 761
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-09/09/2016 fil-Każ R 0032/2016-5
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż u d-drittijiet legali tar-rikorrenti.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy