23.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 22/42
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2016 – Şölen Çikolata Gıda Sanayi ve Ticaret vs EUIPO – Zaharieva (Ippakkjar għall-kornets tal-ġelat)
(Kawża T-794/16)
(2017/C 022/58)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Şölen Çikolata Gıda Sanayi ve Ticaret AŞ (Şehitkamil Gaziantep, it-Turkija) (rappreżentanti: T. Tsenova, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Elka Zaharieva (Plovdiv, il-Bulgarija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Disinn kontenzjuż ikkonċernat: disinn tal-Unjoni “Ippakkjar għall-kornets tal-ġelat” –disinn tal-Unjoni Nru 002 343 244-0001
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Settembru 2016 fil-Każ R 1144/2015-3
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tiddikjara invalida r-reġistrazzjoni għal disinn tal-Unjoni Nru 002343244-0001 “Bobo Cornet”; u
—
tikkundanna lill-EUIPO u lil Elka Zaharieva għall-ispejjeż ta’ Solen fir-rigward tal-proċedimenti quddiem il-Qorti Ġenerali u fir-rigward tal-fażi amministrattiva tal-proċedimenti, b’mod partikolari l-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità u tal-appell quddiem l-EUIPO.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 25(1)(e) tar-Regolament Nru 6/2002;
—
Ksur tal-Artikolu 25(1)(f) tar-Regolament Nru 6/2002;
—
Ksur tal-Artikolu 62 tar-Regolament Nru 6/2002;
—
Ksur tal-Artikolu 63(1) tar-Regolament Nru 6/2002.
Full & Egal Universal Law Academy