9.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/54
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2016 – Krasnyiy oktyabr vs EUIPO – Kondyterska korporatsiia “Roshen” (CRABS)
(Kawża T-795/16)
(2017/C 006/67)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Moscow Confectionery Factory “Krasnyiy oktyabr” OAO (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: O. Spuhler and M. Geitz, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Dochirnie pidpryiemstvo Kondyterska korporatsiia “Roshen” (Kiev, l-Ukrajna)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “CRABS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 186 110
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Awwissu 2016 fil-Każ R 2507/2015-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.