9.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/54
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2016 – CEDC International vs EUIPO – Underberg (Rappreżentazzjoni ta’ xafra tal-ħaxix ta’ kulur kannella ħadrani fi flixkun)
(Kawża T-796/16)
(2017/C 006/68)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: CEDC International sp. z o.o. (Oborniki Wielkopolskie, il-Polonja) (rappreżentati minn: M. Siciarek, lawyer)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Underberg AG (Dietlikon, l-Iżvizzera)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tridimensjonali tal-Unjoni (Rappreżentazzjoni ta’ xafra tal-ħaxix ta’ kulur kannella ħadrani fi flixkun) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 33 266
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Awwissu 2016 fil-Każ R 1248/2015-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell ibatu l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali u l-Bord tal-Appell.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikoli 8(1)(a) u (b), 42(2) u (3), 75 u 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009.