23.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 22/43
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Novembru 2016 – Xiaomi vs EUIPO – Dudingen Develops (MI)
(Kawża T-799/16)
(2017/C 022/59)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Xiaomi, Inc. (Beijing, iċ-Ċina) (rappreżentanti: T. Raab u C. Tenkhoff, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Dudingen Develops, SL (Numancia de la Sagra, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva “MI” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 498 423
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Settembru 2016 fil-Każ R 337/2016-4
Talbiet
—
tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata, b’mod partikolari sa fejn stabbiliet li ma kienx hemm probabbiltà ta’ konfużjoni fir-rigward ta’:
—
Kejbils għall-elettriku, Għant għall-kejbils tal-elettriku; Għata għall-kejbils [kondjuwits]; wajer ta’ estensjoni tal-elettriku; Wajers tal-elettriku miksi bl-enemel; Lokalizzatur tal-kejbils; Kejbil adattur (Elettriku -); Kejbils tal-elettriku iżolati; Wajers għar-reżistenza; Wajers termokoppja; Kejbils tal-metall [elettriku]; Konnetturi ta’ kejbils; Kejbils li jkejlu; Kejbils ta’ konnessjoni; Tubi għall-kejbils tal-elettriku; Ċumbaturi għall-kejbils tal-elettriku; Wajers għat-twaħħil [elettriku]; Kondjuwit għall-kejbils tal-elettriku; Tubi għall-kejbils (Elettriku -); Kaxxi tal-kejbils (Elettriku -); Junctions tal-kejbils għall-kejbils tal-elettriku; Konnetturi ta’ wajers [tal-elettriku]; Wajers tal-elettriku li jirreżistu għas-sħana; Blokki ta’ konnessjoni [kejbils tal-elettriku]; Elmi għall-użu fl-isport; Tikketti sabiex jiġu identifikati kejbils tal-elettriku; Konnessjonijiet għall-kejbils tal-elettriku; Markers għall-wajer tal-elettriku; Kejbils tal-elettriku iżolati b’minerali; Konnetturi maskili għal kejbils tal-elettriku; Għant flessibbli għal kejbils tal-elettriku; Main tal-elettriku (Materjal għal – [wajers, kejbils]; Junction sleeves għall-kejbils tal-elettriku; Kaxxi ta’ konġunzjoni għal kejbils tal-elettriku; Kaxxi fejn jinġabru t-truf tal-kejbils; Apparat; Strumenti u kejbils għall-elettriku; Adatturi għall-elettriku; Adatturi tal-plakek; Konnetturi b’adattur (Elettriku -); Adatturi sabiex jiġu konnessi hearing aids mat-telefons; Adatturi tal-ivvjaġġar għal-plakek tal-elettriku” fil-klassi 9 u
—
tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra għall-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy