23.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 22/45
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2016 – Endoceutics vs EUIPO – Merck (FEMIBION)
(Kawża T-802/16)
(2017/C 022/61)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Endoceutics, Inc. (Quebec, il-Kanada) (rappreżentant: M. Wahlin, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Merck KGaA (Darmstadt, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “FEMIBION” – trade mark tal-Unjoni Nru 989 924
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Lulju 2016 fil-Każ R 1608/2015-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata parzjalment u tiddikjara invalida t-trade mark tal-Unjoni għal “preparazzjonijiet farmaċewtiċi għas-sostenn tas-sistema ta’ immunità, għall-menopawsa, għall-mestrwazzjoni, għat-trattament u għall-ġestjoni tat-tqala, għall-prevenzjoni, għat-trattament u għall-ġestjoni tal-istress, għall-prevenzjoni, għat-trattament u għall-ġestjoni ta’ nutrizzjoni mhux ibbilanċjata jew defiċjenti”;
—
tordna lill-proprjetarju tat-trade mark tal-Unjoni jħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti fir-rigward tal-appell u tal-proċedimenti quddiem l-EUIPO.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy