16.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 14/53
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2016 – Agricola J.M. vs EUIPO – Torres (CLOS DE LA TORRE)
(Kawża T-806/16)
(2017/C 014/63)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Agricola J.M., SL (Girona, Spanja) (rappreżentant: J. Clos Creus, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Miguel Torres, SA (Vilafranca del Penedés, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “CLOS DE LA TORRE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 029 533
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28/07/2016 fil-Każ R 2099/2015-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Lulju 2016;
—
tannulla d-deċiżjoni tas-7 ta’ Awwissu 2015 mogħtija mid-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, li permezz tagħha laqgħet l-oppożizzjoni mressqa għall-prodotti kollha fil-klassi 33: Xorb alkoħoliku, minbarra l-birra, filwaqt li ċaħdet ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja għall-prodotti kollha kkontestati;
—
tbiddel id-deċiżjonijiet preċedenti billi tilqa’ t-talba għar-reġistrazzjoni tat-trade mark imressqa mir-rikorrenti għall-prodotti kollha fil-klassi 33;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż ta’ din il-kawża
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 u tal-ġurisprudenza stabbilita f’każijiet simili għal dan.
Full & Egal Universal Law Academy