16.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 14/54
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2016 – Jean Patou World vs EUIPO – Emboga (HISPANITAS JOY IS A CHOICE)
(Kawża T-808/16)
(2017/C 014/64)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Jean Patou Worldwide Ltd (Watford, ir-Renju Unit) (rappreżentati minn: S. Baran, Barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Emboga, SA (Petrel, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-element verbali “HISPANITAS JOY IS A CHOICE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 789 971
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Ġunju 2016 fil-Każ R 235/2016-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti quddiem l-EUIPO
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy