23.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 22/52
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2016 – Ir-Repubblika ta’ Ċipru vs EUIPO – POCF (Pallas Halloumi)
(Kawża T-825/16)
(2017/C 022/70)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika ta’ Ċipru (rappreżentanti: S. Malynicz, QC and V. Marsland, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pancyprian Organisation of Cattle Farmers (POCF) (Latsia, Ċipru)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-elementi verbali “Pallas Halloumi” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 180 536
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-22 ta’ Settembru 2016, fil-Każ R 2065/2014-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy