23.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 22/52
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2016 – Casasnovas Bernad vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-826/16)
(2017/C 022/71)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Luis Javier Casasnovas Bernad (Santo Domingo, ir-Repubblika Dominikana) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tiddikjara u tiddeċiedi,
—
id-deċiżjoni tas-27 ta’ Settembru 2016, li permezz tagħha l-kuntratt tar-rikorrent ġie xolt, hija annullata;
—
il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-inapplikabbiltà tal-Artikolu 3(3) tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Marzu 2011.
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 85 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea, sa fejn l-Awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ ġeddet il-kuntratt tar-rikorrent għal żmien indeterminat filwaqt li pprevediet klawżola ta’ xoljiment marbuta mal-okkorrenza ta’ avveniment li jista’ jiġi assimilat ma’ terminazzjoni.
3.
It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-dmir ta’ premura sa fejn, l-ewwel nett, l-Awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ xoljiet il-kuntratt tar-rikorrent qabel ma ħadet deċiżjoni fir-rigward tat-tiġdid tal-leave għal raġunijiet personali tiegħu, it-tieni nett, hija aġixxiet b’dan il-mod mingħajr biss ma offrietlu l-ewwel offerta għal reintegrazzjoni, u t-tielet nett, lanqas ma indikatlu jekk kinux jeżistu possibbiltajiet baġitarji sabiex jiġi rremunerat wara l-leave tiegħu.
4.
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 12b u 40(1a) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, li twettaq mill-Awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ.
Full & Egal Universal Law Academy