23.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 22/56
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2016 – Monolith Frost GmbH vs EUIPO – Dovgan (PLOMBIR)
(Kawża T-830/16)
(2017/C 022/75)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Monolith Frost GmbH (Leopoldshöhe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: E. Liebich u S. Labesius, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Dovgan GmbH (Hamburg, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “PLOMBIR”
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Settembru 2016 fil-Każ R 1812/2015-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata abbażi tal-Artikolu 65(3) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċedimenti tal-appell.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni stabbilit fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy