6.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/40
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2016 – dm-drogerie markt vs EUIPO – Digital Print Group O. Schimek (Foto Paradies)
(Kawża T-843/16)
(2017/C 038/53)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: dm-drogerie markt GmbH & Co. KG (Karlsruhe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Strack u O. Bludovsky, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Digital Print Group O. Schimek GmbH (Nürnberg, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Foto Paradies” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 10 707 933
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Settembru 2016 fil-Każ R 1194/2015-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tad-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-Artikolu 52(1)(a) u tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.