6.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/41
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Diċembru 2016 – Deichmann vs EUIPO – Vans (V)
(Kawża T-848/16)
(2017/C 038/55)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Deichmann SE (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Onken, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Vans, Inc. (Cypress, California, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (Rappreżentazzjoni ta’ “V”) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 345 403
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Settembru 2016 fil-Każ R 2129/2015-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 151(2) tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mar-Regola 19(2)(a) tar-Regolament Nru 2868/95;
—
Ksur tar-Regola 19(2)(a)(ii) u (3), kif ukoll tar-Regola 20(1) tar-Regolament Nru 2868/95;
—
Ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ amministrazzjoni tajba, ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ non-retroattività