6.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/43
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2016 – QE vs Eurojust
(Kawża T-850/16)
(2017/C 038/57)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: QE (Gouvy, il-Belġju) (rappreżentanti: T. Bontinck u S. Cherif, avukati)
Konvenut: Eurojust
Talbiet
—
tordna, bħala miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, il-produzzjoni tal-minuti tal-laqgħa tas-17 ta’ Marzu 2016;
—
tannulla d-deċiżjonijiet ikkontestati tat-22 ta’ April 2016 u tat-18 ta’ Mejju 2016;
—
tikkundanna lil Eurojust jikkumpensa d-dannu subit minn QE, stmat, suġġett għal żieda jew għal tnaqqis matul il-proċedura, għal EUR 20 000 (għoxrin elf Euro), flimkien mal-interessi mid-data tat-tressiq tal-ilment tat-8 ta’ Lulju 2016, ikkalkolati abbażi tar-rata ffissata mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament, applikabbli matul il-perijodu kkonċernat, miżjuda b’żewġ punti;
—
tikkundanna lil Eurojust għall-ispejjeż kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ bażi legali, il-ksur tad-dritt għal smigħ kif ukoll il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità li jivvizzjaw id-deċiżjoni tat-22 ta’ April 2016.
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 23(2) tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, żball manifest ta’ evalwazzjoni, il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tad-dmir ta’ premura li jivvizzjaw id-deċiżjoni tat-18 ta’ Mejju 2016.
3.
It-tielet motiv, ibbażat fuq l-abbuż ta’ poter u tal-kunflitt ta’ interessi li jivvizzjaw iż-żewġ deċiżjonijiet ikkontestati.