6.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/44
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2016 – Barata vs Il-Parlament
(Kawża T-854/16)
(2017/C 038/58)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Joao Miguel Barata (Evere, il-Belġju) (rappreżentati minn: G. Pandey, D. Rovetta, avukati, u J. Grayston, solicitor)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
—
preliminarjament, fejn huwa xieraq, tiddikjara l-invalidità u n-nuqqas ta’ applikabbiltà tal-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal fir-rigward tal-proċeduri inwkistjoni taħt l-Artikolu 277 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata kollettivament, b’mod speċifiku d-deċiżjoni tad-Direttorat tal-Iżvilupp tar-Riżorsi Umani, tad-29 ta’ Jannar 2016, li isem ir-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ kandidati magħżula u d-deċiżjoni tal-25 ta’ Awwissu 2016 li tiċħad l-appell taħt l-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal;
—
tannulla l-avviż ta’ kompetizzjoni interna 2015/023 iċċirkolata fost il-membri tal-persunal fit-18 ta’ Settembru 2015;
—
tannulla fl-intier tagħha il-lista mhux iffinalizzata ta’ uffiċjali magħżula li jieħdu sehem fil-programm ta’ taħriġ imsemmi iktar ’il quddiem;
—
tikkundanna lill-kontenut għall-ispejjeż tar-rikorrent.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi li jirrigwardaw il-ksur tar-Regolamenti tal-Persunal, ta’ rekwiżiti proċedurali essenzjali, kif ukoll il-ksur tat-Trattati tal-Unjoni u tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni:
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-protezzjoni ġudizzjarja effettiva, ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u eċċezzjoni ta’ illegalità u nuqqas ta’ applikabbiltà taħt l-Artikolu 277 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-illegalità u n-nuqqas ta’ applikabbiltà tal-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tad-dmir ta’ amministrazzjoni tajba.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u fuq diskriminazzjoni.
5.
Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-aspettattivi leġittimi tar-rikorrent u tal-prinċipju ta’ ugwaljanza.