6.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/45
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2016 – Erdinger Weißbräu Werner Brombach vs EUIPO (Forma ta’ tazza kbira)
(Kawża T-857/16)
(2017/C 038/59)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Erdinger Weißbräu Werner Brombach GmbH & Co. KG (Erding, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Hayn, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Disinn kontenzjuż ikkonċernat: reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Unjoni Ewropea tat-trade mark tridimensjonali “Forma ta’ tazza kbira”– Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 242 704
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Settembru 2016 fil-Każ R 659/2016-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-kuntest tal-proċedimenti tal-appell quddiem l-EUIPO;
—
iżżomm seduta.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.