6.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/46
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2016 – Damm vs EUIPO – Schlossbrauerei Au-Hallertau Willibald Beck Freiherr von Peccoz (EISKELLER)
(Kawża T-859/16)
(2017/C 038/60)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sociedad Anónima Damm (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: P. González-Bueno Catalán de Ocón, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Schlossbrauerei Au-Hallertau Willibald Beck Freiherr von Peccoz GmbH & Co. KG (Au-Hallertau, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “EISKELLER” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 12 204 426
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-5 ta’ Settembru 2016, fil-Każ R 2428/2015-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lil Schlossbrauerei Au-Hallertau Willibald Beck Freiherr von Peccoz GmbH & Co. KG għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.