6.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/46
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2016 – Wirecard vs EUIPO (mycard2go)
(Kawża T-860/16)
(2017/C 038/61)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Wirecard AG (Aschheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Bayer, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-element verbali “mycard2go” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 303 465
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Ottubru 2016 fil-Każ R 281/2016-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tibgħat il-każ lura quddiem il-konvenut sabiex titkompla l-proċedura ta’ reġistrazzjoni fir-rigward tat-trade mark tal-Unjoni Nru 14 303 465;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk esposti matul il-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009 u tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009.