6.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/48
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2016 – fritz kulturgüter vs EUIPO – Sumol + Compal Marcas (fritz wasser)
(Kawża T-862/16)
(2017/C 038/63)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: fritz-kulturgüter GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: G. Schindler, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sumol + Compal Marcas, SA (Oeiras Carnaxide, il-Portugall)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “fritz-wasser” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 314 753
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Ottubru 2016 fil-Każ R 1510/2015-5
Talbiet
—
tirriforma d-deċiżjoni kkontestata b’tali mod li din tiċħad l-appell fl-intier tiegħu;
—
tilqa’ l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 314 753;
—
tikkundanna lill-opponent għall-ispejjeż tal-proċedimenti tal-appell u tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż l-oħra.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.