6.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/50
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2016 – Wenger vs EUIPO – Swissgear (SWISSGEAR)
(Kawża T-869/16)
(2017/C 038/65)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Wenger SA (Delémont, l-Isvizzera) (rappreżentati: K. Ikas u A. Sulovsky, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Swissgear Sàrl (Baar, l-Isvizzera)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “SWISSGEAR” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 7 197 783
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Settembru 2016 fil-Każ R 2098/2015-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea.