3.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 104/48
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2016 – Spliethoff’s Bevrachtingskantoor vs INEA
(Kawża T-871/16)
(2017/C 104/68)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Spliethoff’s Bevrachtingskantoor BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: Y. de Vries, avukat)
Konvenuta: Innovation and Networks Executive Agency (INEA)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tas-17 ta’ Lulju 2015 dwar iċ-ċaħda tal-proposta tar-rikorrenti b’risposta għal sejħa għal proposti b’rabta mal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u abbażi tal-programm ta’ ħidma pluriennali adottat fl-2014;
—
tordna lill-konvenuta tadotta deċiżjoni ġdida fir-rigward tal-proposta tar-rikorrenti, b’teħid inkunsiderazzjoni tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali msemmija fir-rikors, fi żmien tliet xhur mid-data tas-sentenza;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-proposta tar-rikorrenti.
—
Ir-rikorrenti tesponi r-raġunijiet li għalihom hija tqis li l-evalwazzjoni mill-konvenuta tal-proposta tar-rikorrenti fid-dawl tat-tliet kriterji ta’ għoti ta’ relevanza, ta’ effett u ta’ kwalità hija insuffiċjenti.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.
—
Ir-rikorrenti tesponi r-raġunijiet li għalihom hija tqis li l-konvenuta għamlet distinzjoni mhux xierqa bejn il-proposta tagħha relatata mat-teknoloġiji ta’ tnaqqis ta’ emmissjonijiet u proposti simili tal-kompetituri tagħha li ntgħażlu għall-finanzjament.