20.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 53/34
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Diċembru 2016 – Verschuur vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-877/16)
(2017/C 053/42)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Steven Verschuur (Baarn, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentat: P. Kreijger, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 6455 finali, tat-3 ta’ Ottubru 2016, li tiċħad it-talba kofermattiva (1) għal aċċess għal dokumenti taħt ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (2) (GESTDEM 2015/3732); u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret it-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 dwar il-protezzjoni tal-iskop ta’ investigazzjonijiet, u b’hekk wettqet ukoll żball manifest ta’ fatt.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 dwar il-protezzjoni tal-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, u b’hekk tat ukoll motivazzjoni insuffiċjenti.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ persuna legali, u l-Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001, dwar l-obbligu tal-istituzzjoni li tagħti aċċess parzjali meta partijiet biss ta’ dokument huma koperti minn eċċezzjoni waħda jew iktar, u b’hekk tat ukoll motivazzjoni insuffiċjenti.
(1) Applikazzjoni għal aċċess għal ċerti dokumenti relatati mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-21 ta’ Ottubru 2015, fil-Każ SA.38374, għajnuna mill-Istat implementata mill-Pajjiżi l-Baxxi lil Starbucks.
(2) Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).
Full & Egal Universal Law Academy