6.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/52
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Diċembru 2016 – Karelia v EUIPO (KARELIA)
(Kawża T-878/16)
(2017/C 038/67)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Ino Karelia (Kalamata, il-Greċja) (rappreżentant: M. Karpathakis, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “KARELIA” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 964 502
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Settembru 2016 fil-Każ R 1562/2015-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009.