20.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 53/34
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2016 – Sony Interactive Entertainment Europe vs EUIPO – Marpefa (Vieta)
(Kawża T-879/16)
(2017/C 053/43)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sony Interactive Entertainment Europe Ltd. (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Malynicz, QC)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Marpefa, SL (Barcelona, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-element verbali “VIETA” – Trade mark tal-Unjoni Nru 1 790 674
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Ottubru 2016 fil-Każ R 1010/2016-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tordna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom u dawk tar-rikorrenti.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 65(6) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-prinċipju ta’ kjarezza u preċiżjoni tat-termini tat-trade mark.
Full & Egal Universal Law Academy