20.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 53/35
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2016 – RF vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-880/16)
(2017/C 053/44)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: RF (Gdynia, il-Polonja) (rappreżentant: K. Komar-Komarowski, konsulent legali)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2016) 5925 final, tal-15 ta’ Settembru 2016, li tiċħad l-ilment fil-Każ COMP AT.40251 – Trasport bil-ferrovija, ġarr ta’ merkanzija, u tibgħat il-każ lura lill-Kummissjoni għal eżami mill-ġdid;
—
tikkkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205), minħabba interpretazzjoni jew applikazzjoni mhux eżatta.
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 105(1) TFUE.
Full & Egal Universal Law Academy