13.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 46/25
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Diċembru 2016 – Sipral World vs EUIPO – La Dolfina (DOLFINA)
(Kawża T-882/16)
(2017/C 046/28)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sipral World, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: R. Almaraz Palmero, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: La Dolfina, SA (Buenos Aires, l-Arġentina)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “DOLFINA” – Trade mark tal-Unjoni Nru 3 701 828
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Settembru 2016 fil-Każ R 1897/2015-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti intervenjenti, LA DOLFINA S.A. għall-ispejjeż kollha tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali, inkluż dawk relatati mal-proċedimenti tat-Tieni Bord tal-Appell.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikoli 15, 42, 51, 75, 78 tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mar-Regoli 22 u 40 tar-Regolament Nru 2868/95.