6.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/52
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2016 – Ir-Repubblika tal-Polonja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-883/16)
(2017/C 038/68)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tat-28 ta’ Ottubru 2016, dwar l-emenda fil-kundizzjonijiet tal-eżenzjoni tal-pipeline Opal mill-obbligu tal-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ aċċess minn terzi (TPA) u mil-leġiżlazzjoni dwar it-tariffi maħruġa skont id-Direttiva 2003/55/KE;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 36(1)(a) tad-Direttiva 2009/73/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 194(1)(b) TFUE, kif ukoll fuq ksur tal-prinċipju ta’ solidarjetà, minħabba l-għoti ta’ eżenzjoni leġiżlattiva ġdida favur il-pipeline Opal, minkejja li din l-eżenzjoni tikkomprometti s-sigurtà tal-provvista tal-gass.
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni u fuq ksur tal-Artikolu 36(1), moqri flimkien mal-Artikolu 2(17) tad-Direttiva 2009/73/KE, minħabba l-għoti ta’ eżenzjoni leġiżlattiva ġdida favur il-pipeline Opal, minkejja li dan il-pipeline ma jikkostitwixxix “interkonnessjoni”.
3.
It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 36(1)(b) tad-Direttiva 2009/73/KE, minħabba l-għoti ta’ eżenzjoni leġiżlattiva ġdida favur il-pipeline Opal, minkejja l-assenza ta’ riskju li l-investiment ma jitwettaqx mingħajr l-għoti ta’ din l-eżenzjoni.
4.
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 36(1)(a) u (e) tad-Direttiva 2009/73/KE, minħabba l-għoti ta’ eżenzjoni leġiżlattiva ġdida favur il-pipeline Opal, minkejja l-effett negattiv ta’ tali eżenzjoni fuq il-kompetizzjoni.
5.
Il-ħames motiv, ibbażat fuq ksur ta’ konvenzjonijiet internazzjonali li jorbtu lill-Unjoni Ewropea, jiġifieri tat-Trattat dwar il-Karta tal-Energija, tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, kif ukoll tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni mal-Ukraina.