6.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/54
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Diċembru 2016 – Mass Response Service vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-885/16)
(2017/C 038/70)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Mass Response Service GmbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: J. M. Schultze, S. Pautke u C. Ehlenz, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla l-atti tal-Kummissjoni, li joriġinaw mill-unità ta’ kontroll tal-konċentrazzjonijiet tad-Direttorat Ġenerali tal-Kompetizzjoni, fil-kuntest tal-implementazzjoni tat-tielet kundizzjoni (“miżura korrettiva mhux MNO”) tad-Deċiżjoni M.7018, b’mod partikolari l-pożizzjoni tagħha espressa fil-posta elettronika tal-24 ta’ Ottubru 2016 u tad-29 ta’ Ottubru 2016 li, billi teskludi l-operaturi ta’ netwerk mobbli virtwali (MVNO, mobile virtual network operators) bħar-rikorrenti, tillimita l-miżura korrettiva mhux MNO għas-sempliċi fornituri ta’ servizzi;
—
sussidjarjament, tannulla d-Deċiżjoni C(2014) 4443 finali fil-Każ M. 7018;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-Kawża T-884/16, Multiconnect vs Il-Kummissjoni.