27.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/30
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Diċembru 2016 – Nf Nails In Vogue vs EUIPO – Nails & Beauty (NAILS FACTORY)
(Kawża T-886/16)
(2017/C 063/41)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Nf Nails In Vogue, SL (Arganda del Rey, Spanja) (rappreżentant: L. Jáudenes Sánchez, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nails & Beauty Vertriebs GmbH (Kiel, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tal-Unjoni figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “NAILS FACTORY” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 528 336
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Ottubru 2016 fil-Każ R 202/20216-1
Talbiet
—
tilqa’ r-rikors.
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata, u tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni.
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż inklużi dawk tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy