27.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/31
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2016 – Scandlines Danmark u Scandlines Deutschland vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-890/16)
(2017/C 063/42)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Scandlines Danmark ApS (Copenhagen, id-Danimarka), Scandlines Deutschland GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: L. Sandberg Mørch, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tat-30 ta’ Settembru 2016 (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”), dwar ċerti miżuri ta’ għajnuna mogħtija lil ċerti partijiet terzi għall-finanzjament tal-ippjanar, kostruzzjoni u operazzjoni tal-Fehmarn Belt Fixed Link Project;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw għaxar motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi min-naħa tal-Kummissjoni meta kkonstatat li l-kumpens żejjed potenzjali involut fit-tariffi tal-ferrovija jikkostitwixxi għajnuna eżistenti awtorizzata mid-Deċiżjoni ta’ Kostruzzjoni.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi min-naħa tal-Kummissjoni meta kkonstatat li l-użu gratwit ta’ proprjetà tal-Istat jikkostitwixxi għajnuna eżistenti awtorizzata mid-Deċiżjoni ta’ Kostruzzjoni.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi min-naħa tal-Kummissjoni meta kkonstatat li l-garanziji tal-Istat mogħtija lil partijiet terzi kkonċernati jikkostitwixxu għajnuna eżistenti awtorizzata mid-Deċiżjoni ta’ Ippjanar.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi min-naħa tal-Kummissjoni meta kkonstatat li l-introduzzjoni ta’ kapital jikkostitwixxi għajnuna eżistenti awtorizzata mid-Deċiżjoni ta’ Ippjanar.
5.
Il-ħames motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi min-naħa tal-Kummissjoni meta kkonstatat li s-self mogħti mill-Istat jikkostitwixxi għajnuna eżistenti awtorizzata mid-Deċiżjoni ta’ Ippjanar.
6.
Is-sitt motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi min-naħa tal-Kummissjoni meta kkonstatat li l-għajnuna mogħtija mill-Istat li teċċedi l-ammont awtorizzat mid-Deċiżjoni ta’ Ippjanar tikkostitwixxi għajnuna eżistenti.
7.
Is-seba’ motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi min-naħa tal-Kummissjoni meta sabet li l-vantaġġi fiskali jikkostitwixxu għajnuna eżistenti awtorizzata mid-Deċiżjoni ta’ Ippjanar.
8.
It-tmien motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi min-naħa tal-Kummissjoni meta sabet li l-miżuri ta’ għajnuna kkontestati għall-fażi tal-ippjanar ġew awtorizzati fid-Deċiżjoni ta’ Kostruzzjoni.
9.
Id-disa’ motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali min-naħa tal-Kummissjoni.
10.
L-għaxar motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni.
Full & Egal Universal Law Academy