27.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/32
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2016 – Scandlines Danmark u Scandlines Deutschland vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-891/16)
(2017/C 063/43)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Scandlines Danmark ApS (Copenhagen, id-Danimarka), Scandlines Deutschland GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: L. Sandberg-Mørch, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
—
tiddikjara li l-konvenuta naqset b’mod illegali li taġixxi skont l-Artikolu 265 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea sa fejn naqset li tiddefinixxi l-pożizzjoni tagħha dwar l-ilment tar-rikorrenti tal-5 ta’ Ġunju 2014, dwar għajnuna mill-Istat mogħtija għall-finanzjament tal-kollegament fiss tar-reġjun ta’ Fehmarn;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha, inklużi l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-proċedimenti anki jekk, wara l-preżentazzjoni tar-rikors, il-Kummissjoni tieħu azzjoni li fl-opinjoni tal-Qorti Ġenerali tneħħi l-bżonn li tingħata deċiżjoni jew jekk il-Qorti Ġenerali tiċħad r-rikors bħala inammissibbli.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka seba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni naqset li taġixxi fis-sens tal-Artikolu 265 TFUE dwar l-għotja tal-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens żejjed involut fl-imposti tal-ferrovija mhux kummerċjali li għandhom jitħallsu mill-operatur tal-ferrovija nazzjonali Daniż DSB lill-parti terza inkwistjoni għall-użu tal-Kollegament Fiss (Fażi ta’ Kostruzzjoni).
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni naqset li taġixxi fis-sens tal-Artikolu 265 TFUE dwar l-għotja ta’ għajnuna mill-Istat fil-forma tal-użu gratuwitu tal-proprjetà tal-Istat ipprovdut lill-parti terza kkonċernata għall-kostruzzjoni tal-Kollegament Fiss (Fażi ta’ Kostruzzjoni).
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni naqset li taġixxi fis-sens tal-Artikolu 265 TFUE dwar l-għotja ta’ għajnuna mill-Istat fil-forma tal-garanziji mill-Istat lill-parti terza kkonċernata billi dan ma kienx awtorizzat fid-Deċiżjoni ta’ Ippjanar (Fażi tal-Ippjanar).
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni naqset li taġixxi fis-sens tal-Artikolu 265 TFUE dwar l-għotja ta’ għajnuna mill-Istat fil-forma tal-injezzjonijiet ta’ kapital lill-parti terza kkonċernata f’eċċess ta’ ammonti awtorizzati fid-Deċiżjoni ta’ Ippjanar (Fażi ta’ Ippjanar).
5.
Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni naqset li taġixxi fis-sens tal-Artikolu 265 TFUE dwar l-għotja ta’ għajnuna mill-Istat fil-forma tas-Self mill-Istat lill-partijiet terzi kkonċernati waqt li d-Deċiżjoni ta’ Ippjanar awtorizzat biss l-għoti ta’ garanziji mill-Istat (Fażi ta’ Ippjanar).
6.
Is-sitt motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni naqset li taġixxi fis-sens tal-Artikolu 265 TFUE dwar l-għotja ta’ għajnuna mill-Istat fil-forma tas-Self mill-Istat lill-partijiet terzi kkonċernati f’eċċess tal-baġit awtorizzat fid-Deċiżjoni tal-Ippjanar (Fażi tal-Ippjanar).
7.
Is-seba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni naqset li taġixxi fis-sens tal-Artikolu 265 TFUE dwar l-għotja ta’ għajnuna mill-Istat fil-forma tal-vantaġġi ta’ taxxa lill-partijiet terzi kkonċernati li ma kinux awtorizzati fid-Deċiżjoni tal-Ippjanar (Fażi tal-Ippjanar).
Full & Egal Universal Law Academy