27.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/33
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2016 – Labiri vs KESE u Il-Kumitat tar-Reġjuni
(Kawża T-904/16)
(2017/C 063/44)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Vassiliki Labiri (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J.-N. Louis u N. De Montigny, avukati)
Konvenuti: Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, Il-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Tiddikjara u tiddeċiedi li,
—
id-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat tar-Reġjuni, tal-11 ta’ Mejju 2016, li tassenja mill-ġdid lir-rikorrent bħala amministratur fid-direttorat tat-traduzzjoni b’eżekuzzjoni tal-ftehim bonarju milħuq fil-Kawża F-33/15, hija annullata;
—
il-KESE huwa ħati ta’ użu ħażin ta’ poter u kiser l-obbligu ta’ lealtà tiegħu lejn ir-rikorrent billi qarraq bih deliberatament dwar il-portata tal-ftehim milħuq bejn il-partijiet fl-4 ta’ Frar 2016;
—
il-KESE u l-KtR huma kkundannati in solidum għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 266 TFUE, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata bi ksur manifest tar-ftehim bonarju milħuq fil-Kawża F-33/15, Labiri vs KESE.
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter, sa fejn ir-rikorrent ġie mqarraq deliberatament dwar il-portata tal-ftehim milħuq bejn il-partijiet u iktar preċiżament dwar l-interpretazzjoni taż-żewġ kumitati tat-termini tal-ftehim.
Full & Egal Universal Law Academy