20.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 53/42
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2016 – Chefaro Ireland vs EUIPO – Laboratoires M&L (NUIT PRECIEUSE)
(Kawża T-905/16)
(2017/C 053/51)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Chefaro Ireland DAC (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: P. Maeyaert u J. Muyldermans, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Laboratoires M&L SA (Manosque, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “NUIT PRECIEUSE” – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 063 952 li tindika l-Unjoni Ewropea
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Ottubru 2016, fil-Każ R 2596/2015-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż tagħhom stess u dawk sostnuti minn Chefaro Ireland.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy