27.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/33
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2016 – Schwenk Zement vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-907/16)
(2017/C 063/45)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Schwenk Zement KG (Ulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Soltész, M. Raible u G. Wecker, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Dan ir-rikors għal annullament huwa indirizzat kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 6591 finali tal-10 ta’ Ottubru 2016 [Każ M.7878 – HeidelbergCement/Schwenk/Cemex Hungary/Cemex Croatia (ĠU 2016, C 374, p. 1)].
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 (1), possibbilment moqri flimkien mal-punt 147 tal-Avviż Ġurisdizzjonali Konsolidat tal-Kummissjoni taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (iktar ’il quddiem l-“avviż ikkonsolidat”).
Fil-kuntest tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti tesponi li l-Kummissjoni ma hijiex kompetenti sabiex teżamina l-konċentrazzjoni inkwistjoni. Fil-fatt, kieku r-rikorrenti ġiet ġustament meqjusa li ma kinitx impriża kkonċernata, il-livelli tad-dħul mill-bejgħ stabbiliti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 ma kinux jintlaħqu.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ motivazzjoni
Ir-rikorrenti ssostni, f’dan ir-rigward, li minkejja li l-Kummissjoni rreferiet għas-sitwazzjoni eċċezzjonali prevista fil-punt 147 tal-avviż ikkonsolidat, hija ma wrietx li l-kundizzjonijiet li jirregolaw dan il-qasam kienu fil-fatt issodisfatti.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004, tal-20 ta’ Jannar 2004, dwar il-kontrolli ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 40).
Full & Egal Universal Law Academy