13.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 46/28
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2016 – Starbucks (HK) vs EUIPO – Now Wireless (nowwireless)
(Kawża T-908/16)
(2017/C 046/32)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Starbucks (HK) Ltd (Ħong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentant: P. Kavanagh, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Now Wireless Ltd (Whyteleafe, ir-Renju Unit)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “nowwireless” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 6 782 569
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Ottubru 2016 fil-Każ R 662/2016-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata kif ukoll id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.