20.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 53/43
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Diċembru 2016 – Laboratorios Ern vs EUIPO – Sharma (NRIM Life Sciences)
(Kawża T-909/16)
(2017/C 053/52)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Laboratorios Ern, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: S. Correa Rodríguez, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Anil K. Sharma (Hillingdon, ir-Renju Unit)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “NRIM life Sciences” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 031 455
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Settembru 2016, fil-Każ R 2376/2015-5
Talbiet
—
tirrevoka d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad it-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 013031455 NRIM LIFE SCIENCES għall-prodotti kollha fil-Klassi 5;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż u, fil-każ li Anil K. Sharma tiddeċiedi li tintervjeni f’dawn il-proċedimenti, tikkundanna lil Anil K. Sharma għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy