13.3.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 78/34
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2016 – Proof IT vs EIGE
(Kawża T-914/16)
(2017/C 078/47)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Proof IT SIA (Riga, il-Latvja) (rappreżentanti: J. Jerņeva u D. Pāvila, avukati)
Konvenut: European Institute for Gender Equality (EIGE)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni adottata mill-EIGE fil-kuntest tal-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt organizzata għall-goti ta’ kuntratt qafas “Manutenzjoni u aġġornament ta’ għodod u r-riżorsi statistiċi relatati mal-ġeneru ta’ EIGE” EIGE/2016/OPER/01-Lot 1 u EIGE/2016/OPER/01-Lot 2, innotifikata lir-rikorrenti permezz ta’ ittra tal-14 ta’ Ottubru 2016, li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti u li tagħti l-kuntratt qafas lil impriża terza;
—
tagħti kumpens lir-rikorrenti fl-ammont ta’ EUR 128 480 għal telf ta’ opportunità u/jew telf tal-kuntratt stess;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-konvenut kiser il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ trasparenza meta ma interpretax il-kriterji għall-għoti bl-istess mod matul il-proċedura ta’ għoti tal-kuntratt.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq li l-konvenut kiser il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ trasparenza meta eżamina mill-ġdid fl-intier tagħha l-offerta tar-rikorrenti, u b’hekk aġixxa b’mod arbitrarju li jagħti lok għal tħassib ta’ favoritiżmu.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq li l-konvenut kiser il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ trasparenza minħabba li l-kriterji għall-għoti kienu impreċiżi, u dan kellu l-effett li jagħti lill-konvenut libertà mingħajr restrizzjonijiet ta’ għażla għall-għoti tal-kuntratt inkwistjoni.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li l-evalwazzjoni tal-offerta tal-applikant mill-konvenut hija vvizzjata bi żbalji manifesti li korrezzjoni tagħhom tbiddel r-riżultat tal-tal-proċedura ta’ għoti tal-kuntratt, fis-sens li l-offerta tar-rikorrenti ma kellhiex tiġi miċħuda u l-kuntratt kellu jingħata lilha.