13.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 46/28
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Diċembru 2016 – Winkler vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-916/16)
(2017/C 046/33)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Bernd Winkler (Grange, l-Irlanda) (rappreżentant: A. Kässens, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tat-30 ta’ Settembru 2016, u tordna lill-konvenuta tadotta deċiżjoni dwar il-kalkolu tal-kapital fid-data tar-reġistrazzjoni tat-talba tar-rikorrent;
—
sussidjarjament, tikkundanna lill-konvenuta tħallas kumpens ta’ ammont ta’ EUR 19 920,39, li għandu jitħallas fuq il-kont tal-pensjoni tar-rikorrent.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ tul raġonevoli tal-proċedura, ta’ ċertezza legali u ta’ proċedura ekwa, u fuq ksur tal-obbligi ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni.
—
Ir-rikorrent iqis li l-eżitazzjonijiet tal-konvenuta fit-trattament tat-talba tiegħu jippreġudikaw il-prinċipji kollha ta’ amministrazzjoni tajba. Huwa lanqas ma nstema’ qabel l-adozzjoni tal-att li jippreġudikah.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ nondisriminazzjoni u ta’
—
Fil-kuntest tat-tieni motiv tiegħu, ir-rikorrent isostni li talbiet simili ta’ kollegi, li ma humiex iktar imdaħħlin fl-età minnu, ġew ittrattati b’mod ħafna iktar rapidu, meta ma hemmx raġuni oġġettiva li tiġġustifika din l-inugwaljanza fit-trattament.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettativi leġittimi.
—
Ir-rikorrent jikkritika fl-aħħar nett il-ġbir ta’ interessi fuq l-ammont ikkalkolat tal-kapital tiegħu għall-perijodu bejn it-tressiq tat-talba u t-trasferiment definittiv tal-kapital, li ma ġiex informat minn qabel bih.