6.3.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 70/23
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Diċembru 2016 – Collins vs Il-Parlament
(Kawża T-919/16)
(2017/C 070/32)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Jane Maria Collins (Hotham, ir-Renju Unit) (rappreżentant: I. Anderson, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Ottubru 2016 li ma tħarisx l-immunità u l-privileġġi tar-rikorrenti,
—
tiddeċiedi dwar it-talba tar-rikorrenti sabiex il-Parlament jiddefendi l-immunità u l-privileġġi tagħha skont l-Artikolu 8 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea,
—
tikkumpensa għad-danni morali sostnuti mir-rikorrenti bħala riżultat ta’ din id-deċiżjoni,
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem li jirriżulta min-nuqqas mill-Kumitat tal-Parlament Ewropew għall-Affarijiet Legali u mill-Parlament Ewropew milli jisimgħu l-provi prodotti mir-rikorrenti.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem li jirriżulta min-nuqqas mill-Kumitat tal-Parlament Ewropew għall-Affarijiet Legali u mill-Parlament Ewropew milli jispjegaw b’mod adegwat ir-raġunijiet li wasslu għad-deċiżjoni li ma jiddefendux l-immunità tar-rikorrenti skont l-Artikolu 8 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-Artikoli 6 u 11 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem li jirriżulta min-nuqqas mill-Kumitat tal-Parlament Ewropew għall-Affarijiet Legali u mill-Parlament Ewropew milli jinżamm smigħ imparzjali.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegat żball gravi ta’ liġi mill-Kumitat tal-Parlament Ewropew għall-Affarijiet Legali u lmil-Parlament Ewropew.